'Smajna ħoss qawwi u ħadet in-nar' ... Karozza tal-linja ssir ħuġġieġa f'Ħal Luqa

Kulħadd laħaq nieżel fil-ħin u ħadd ma weġġa'

Ħadd ma weġġa' meta kmieni dalgħodu, karozza tal-linja ħadet in-nar.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan il-każ li seħħ fi Triq San Tumas Ħal Luqa.

Persuni li kienu fuq il-vettura spjegaw kif semgħu ħoss kbir ġej mill-magna u l-vettura waqfet. Minnufih ninżlu minn fuq tal-linja u ndunaw li kienet ħadet in-nar.

Fil-fatt, il-Pulizija kkonfermaw ma' dan is-sit li n-nirien bdew mill-magna.

Il-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw in-nirien f'qasir żmien.

More in Politika