Baġit 2021 | L-MEA tfaħħar il-miżuri tal-Baġit imma tgħid li l-pandemija u l-Moneyval se jiddeterminaw kollox

L-MEA tfaħħar il-miżuri tal-Baġit, imma ...

L-Għaqda ta' Min Iħaddem (MEA) qalet illi l-Baġit b'mod ġenerali jiffoka fuq it-tħassib immedjat tal-pandemija "permezz ta' miżuri ddiżinjati b'mod mirqum.  Imma jeħtieġ ikun issuplimentat minn viżjoni għat-tul. 

Il-MEA sostniet illi l-baġit kien ppreparat "f'perjodu ta' inċertezza kbira - l-aktar minħabba l-pandemija.  Hija kriżi globali li qed taffetwa lid-dinja kollha u li ppreżentat sfida ta' bilanċ lill-Gvern:  Dik li jsib bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija."

L-assoċjazzjoni qalet illi l-pakkett ta' miżuri li tħabbru matul is-sena kienu effettivi sabiex tkun sostnuta l-ekonomija u faħħret l-estensjoni tal-Wage Supplement.

L-MEA temmet tgħid illi minkejja previżjonijiet pożittivi ta' tkabbir għas-sena d-dieħla "huwa diffiċli li wieħed jagħmel dawn il-previżjonijiet minaħabba 'żewġ fatturi:  Id-durata tal-pandemija u l-eżitu tar-rapport Moneyval.

 

 

More in Politika