Baġit 2021 | Tnaqqis fil-liċenzja għall-karozzi u l-muturi li jintużaw biss fil-weekend u l-festi

Għajnuna biex taxis ġodda jkunu aċċessibbli għas-siġġu tar-roti

Fil-Baġit għas-sena d-dieħla, il-Gvern ħabbar li l-vetturi kollha, inkluż il-muturi, li huma diġà rreġistrati mal Awtorità għat-Transport, se jkunu jistgħu japplikaw biex il-vettura tagħhom tkun liċenzjata biex tintuża fi tmiem il-ġimgħa u fil- ġranet ta’ Festi Pubbliċi u Nazzjonali biss.

Jekk persuna tagħmel hekk, se tibbenefika minn tnaqqis ta' 35% fil-ħlas annwali tal-liċenzja taċ-ċirkolazzjoni.

Din il-miżura qed issir bil-għan li aktar persuni jkunu mħeġġa jagħmlu użu mit-trasport pubbliku matul il-ġimgħa u l-karozza privata (jew il-mutur) jużawha biss fi tmiem il-ġimgħa jew inkella meta tkun festa. 

Għotja biex taxis ġodda jkunu aċċessibbli għas-siġġu tar-roti

Apparti minn hekk, il-Gvern qed jalloka baġit biex minnu numru ta’ taxis ġodda, jingħataw għotja ta' €10,000 (mar-reġistrazzjoni ta’ vettura ta’ taxi ġdida) li tkun aċċessibbli għas-siġġu tar-roti.

Din l-għotja tapplika biss meta vettura oħra, b’magna ta’ kombustjoni interna jkollha mill-anqas għaxar snin mis-sena tal-manifattura tagħha u li kellha liċenzja valida għall-aħħar ħames snin u tkun trid tiġi rreġistrata u skrappjata f’faċilità awtorizzata.

More in Politika