Baġit 2021 | Jerġa' jiżdied iċ-Children's Allowance b'€50 jew €70 kull wild fis-sena

Il-Gvern jerġa' jżid l-għajnuna lill-foster carers b'€520

Illejla l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar illi l-Gvern se jkun qed jerġa' jgħolli ċ-children's allowance

Fejn id-dħul tal-familja ma jaqbiżx il-€25,318 fis-sena, ir-rata ta’ dan is-suppliment se tkun ta’ €70 fis-sena għal kull wild.

Min-naħa l-oħra għall-kumplament tal-familji, fejn id-dħul jaqbeż dan l-ammont, is-suppliment se jkun ta’ €50 fis-sena għal kull wild.

B’dan il-mod familja tipika b’żewġt itfal taħt is-16-il sena, jekk id-dħul tal-familja ma jaqbiżx il-€25,318, se tkun qed tieħu żieda ta' €140 fis-sena waqt li fejn id-dħul jaqbeż dan l-ammont tieħu żieda ta' €100.

Minn din il-miżura, li se tiswa aktar minn €3 miljun, se jgawdu aktar minn 40,000 familja b’60,500 tifel u tifla.

Intant f'dak li jirrigwarda tfal ukoll il-Gvern se jżid il-Foster Care Allowance biex minn Jannar li ġej dan il-benefiċċju se jiżdied b’€520 oħra fis-sena għal total ta’ €5,720.

Apparti dan il-Gvern ħabbar ukoll għotja sa massimu ta' €1,000 lil dawk il-ġenituri li jixiequ jadottaw.

More in Politika