Baġit 2021 | €1.75 fil-ġimgħa kumpens għall-għoli tal-ħajja u ġurnata oħra leave

Ġurnata oħra leave għas-sena d-dieħla!

Fil-Baġit illejla l-MInistru Edward Scicluna ħabbar illi l-kumpens tal-għoli tal-ħajja, magħrufa bħala COLA li jiġi kkalkulat skont mekkaniżmu partikolari li jikkalkula l-għoli tal-ħajja, huwa ta' €1.75 fil-ġimgħa.  Il-Ministru qal illi ż-żieda tirrifletti l-inflazzjoni baxxa li kellna dan l-aħħar 12-il xahar.

Intant il-Gvern ħabbar ukoll illi se jagħti lura ġurnata oħra leave li taqa' fi tmiem il-ġimgħa u li Gvern Nazzjonalista kien iddeċieda li ma jibqax jagħti.  Dakinhar il-Gvern u dawk li jħaddmu kienu qalu illi din il-miżura kienet immirata biex iżżid il-produttività, bil-General Workers' Union tkun fuq quddiem kontra l-miżura u l-Partit Laburista jwiegħed - qabel l-2013  - lli jagħti lura dawn il-festi jekk elett fil-Gvern.

More in Politika