Alarm phone tgħid li 43 immigrant iddaħħlu Malta wara ġranet fuq il-baħar

... fl-istess jum diversi immigranti jitilqu lejn pajjiżi fl-UE

L-għaqda non governattiva Alarmphone ħabbret fuq Twitter illi Malta aċċettat 43 immigrant li skopnt l-istess għaqda kienu ilhom ġranet sħaħ fuq il-baħar. 

Din id-dgħajsa qed tidħol Malta wara numru ta' ġimgħat illi fihom ma daħlux aktar dgħajjes b l-immigranti. 

Sakemm kienet qed tiġi ppubblikata din l-istorja l-Gvern kien għadu ma ħariġx stqarrija jikkonferma jew inkella jiċħad l-aħbar li tat l-NGO Alarmphone.

Jintbagħtu numru ta' immigranti f'pajjiżi tal-UE

Dalgħodu wkoll grupp ta’ immigranti ġew rilokati minn Malta lejn il-Ġermanja wara ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi. Dan l-eżerċizzju ġie kkordinat mill-Kummissjoni Ewropea bħala parti minn inizjattiva maħsuba biex tnaqqas mill-piż tal-immigrazzjoni minn fuq Malta.

Il-Gvern qal li r-rilokazzjoni setgħet isseħħ wara li saru l-preparamenti neċessarji mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi u l-Ambaxxata Ġermaniża f’Malta. Ir-rilokazzjoni ta’ dan il-grupp ta’ immigranti qed issir ftit ġimgħat biss wara grupp ieħor ta’ immigranti ħalla Malta lejn Franza. F’dawn l-istanzi l-immigranti jkunu jistgħu jkomplu l-proċess tal-ażil fil-pajjiż li jkunu ġew rilokati fih.

Aktar rilokazzjonijiet ta’ immigranti lejn stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea huma pjanati li jsiru fiż-żmien li ġej. 

More in Politika