Jiġi iffirmat ftehim biex l-art tal-Miżieb tgħaddi għand l-FKNK ... Il-midja mhux mistiedna

Ftehim bejn il-Gvern u l-FKNK jiddefinixxi kif se jiġi mmaniġjat il-Miżieb - fosthom fejn jistgħu jsiru picnics u żoni ta' campings, kif ukoll liema hija art pubblika u fejn hemm aċċess pubbliku

L-iffirmar tal-ftehim mal-FKNK
L-iffirmar tal-ftehim mal-FKNK

Il-Gvern iffirma ftehim mal-FKNK - ftehim li qajjem kontroversja - iżda ma stidinx lill-midja għal din l-attività.  Minkejja dan il-kuntratt pubblikat. 

Il-ftehimn huwa ta' tliet snin u jistipola illi ż-żoni tal-kosta jibqgħu fid-dominju pubbliku u s-siti jibqgħu aċċessibbli għall-pubbliku, filwaqt li anke dawk iż-żoni li huma wżati għall-kaċċa jeħtieġ jibqgħu aċċessibbli, ħlief fis-sigħat illi matulhom tkun għaddejja l-kaċċa waqt l-istaġun tal-kaċċa.

L-FKNK se jkollha l-jedd li toħloiq żoni għall-picnics u l-camping fil-masġar pjuttost kbir tal-Miżieb. 

Fost l-obbligi introdotti, hemm inklużi l-manutenzjoni, iż-żamma tal-indafa u ż-żamma ġenerali tas-siti, is-saħħa u s-sigurtà fuq is-siti u sinjali ċari. Dan speċjalment għax id-dawra tal-kosta ser tibqa’ fid-dominju pubbliku u s-siti jridu jibqgħu aċċessibbli għall-pubbliku filwaqt li l-partijiet designati għall-kaċċa wkoll iridu jibqgħu aċċessibbli bl-esklużjoni ta’ ħinijiet fissi u mmarkati b’mod ċar waqt l-istaġun tal-kaċċa. L-FKNK se tkun obbligata wkoll timmarka spazji dedikati bħala picnic areas u siti tal-kampeġġ għall-pubbliku u se jkun qed jingħata aċċess sħiħ lill-uffiċjali tal-konservazzjoni sabiex jiżguraw li tiġi mħarsa l-liġi u ma jsir l-ebda abbuż jew kaċċa illegali, filwaqt li se jinħoloq joint monitoring board li jinkludi wkoll rappreżentanti tal-kunsill lokali biex ikun żgurat li l-obbligi qed jintlaqgħu b’mod sħiħ.

Il-ftehim kien iffirmatr mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg, il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u l-Kostruzzjoni Chris Agius ippresedew fuq l-iffirmar ta’ żewġ ftehimiet li saru bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-FKNK u l-Awtorità għar-Riżorsi Ambjentali u l-FKNK.

More in Politika