Illejla l-għażla tat-tesserati nazzjonalisti tkun ċara: Adrian Delia jew Bernard Grech?

Iktar minn 70% tat-tesserati jivvutaw f'kull kaxxa sal-bieraħ, illum tagħlaq il-votazzjoni u jkun magħruf ir-riżultat

Delia jew Grech?  Min se jirbaħ?
Delia jew Grech? Min se jirbaħ?

Illejla jkun deċiż min miż-żewġ kandidati probabbilment se jkun qed jieħu lill-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali li ġejja, jekk hux il-Kap kurenti Adrian Delia jew inkella hux Bernard Grech, li allura jkun ifisser il-PN ikollu Kap ġdid. 

Delia bbaża il-kampanja tiegħu fuq il-lealtà filwaqt li Grech bbażaha fuq l-għaqda fil-Partit Nazzjonalista, għalkemm naturalment it-tnejn għamlu referenzi għaż-żewġ temi, apparti oħrajn li jirreletaw lill-PN u oħrajn ta' natura nazzjonali

Hawn hi l-intervista li għamlet il-gazzetta ILLUM mal-avukat Bernard Grech.

Hawn hi l-intervista li għamlet il-gazzetta ILLUM  ma' Adrian Delia, Kap kurrenti.

Adrian Delia jivvota fl-elezzjoni għal Kap tal-PN
Adrian Delia jivvota fl-elezzjoni għal Kap tal-PN

Intant sal-bieraħ  - ftit qabel l-aħħar siegħat tal-votazzjoni l-aktar kaxxi li fihom intefgħu voti kienu dawn:  Is-Swieqi (San Ġiljan u Pembroke) fejn intefgħu 81% mill-1,077 vot eliġibbli, Ta' Xbiex (u l-Gżira) fejn intefgħu 82.7% tal-416-il vot eliġibbli  u Ħal Balzan (U Ħ'Attard u Ħal Lija) fejn ivvutaw 80.3% tal-1,238 tesserat. 

Dawn il-lokalitajiet huma fejn Grech jidher li huwa b'saħħtu u għandu maġġoranza komda, flimkien ma' Tas-Sliema, Għawdex u Mellieħa/San Pawl il-Baħar. 

F'Tas-Sliema, sal-bieraħ, kienu vvutaw 78.6% mill-1,288 tesserat, filwaqt li f'Għawdex kienu vvutaw 74.7% tal-1,719-il tesserat. Fil-Mellieħa u San Pawl il-Baħar kienu vvutaw 76.4% tal-1,461 tesserat.

Fil-lokalitajiet fejn Delia huwa b'saħħtu u allura l-Kottonera u dawk fit-tielet distrett (Żejtun ...) ivvutaw hekk:  Fil-kaxxa tal-Isla (Bormla, Birgu, Kalkara, Ħaż Żabbar u x-Xgħajra) ivvutaw 77.8% tal-1,107 tesserat, filwaqt li fiż-Żejtun (Ħal Għaxaq u l-Gudja) ivvutaw 76.7% mis-744 tesserat.

Il-persentaġġ totali tal-vot kien ilaħħaq is-76% ta' dawk eliġibbli sal-bieraħ. 

Bernard Grech jivvota fl-elezzjoni għal Kap tal-PN
Bernard Grech jivvota fl-elezzjoni għal Kap tal-PN

More in Politika