Covid-19 | Malta fost seba' pajjiżi fl-UE fil-lista ta' 'Tħassib Qawwi'

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u Kontroll (ECDC) innota ż-żieda fil-każi u fl-imwiet fost persuni anzjani

Malta hija waħda minn seba' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea fil-lista 'Tħassib Qawwi' minħabba r-rati ta' mwiet fost persuni bil-Covid-19. 

Dan kien deċiż miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u Kontroll (ECDC), li poġġa lil Malta ma' Spanja,  ir-Rumanija, il-Kroazja, l-Ungerija u r-Repubblika Ċeka.  L-aġenzija qalet illi dawn il-pajjiżi esperjenzaw "proporzjon li qed jiżdied ta' każi li kellhom bżonn jużaw l-isptar u każi severi ... li żied ir-rari ta' mwiet li qed jiġu osservati jew li se jibdew jiġu osservati dalwaqt."  

L-ECDC ħadet nota taż-żieda fil-każi imma wkoll fix-xejra ta' mwiet fost anzjani li ilha serja għall-aħħar ġimgħa u nofs u li sal-lum stess rat żewġ persuni oħrajn jitilfu ħajjithom

Fl-aħħar ġimagħtejn Spanja kienet qed tirreġistra tliet imwiet għal kull 100,000 persuna, ir-Rumanija 2.7 u Malta 2.2. 

L-ECDC appellat biex dawn is-seba' pajjiżi jadottaw interventi non farmaċewtiċi bħala l-unika strateġija li timmodera l-impatt tal-virus fuq il-poplu.

 

More in Politika