Grech iwiegħed li jekk elett - flimkien ma' tim legali - jaħdem biex jinħall il-kuntratt mal-ElectroGas

Il-kandidat għat-tmexxija tal-PN jisħaq illi dak li kellu jkun il-mimmi ta' Gvern Laburista spiċċa "monument tal-mistħija tal-korruzzjoni"

Bernard Grech
Bernard Grech

Jekk ningħata l-fiduċja li mmexxi lill-Partit Nazzjonalista kif diġa ħabbart li, flimkien ma’ tim ta’ esperti, nara liema passi jistgħu jittieħdu fil-Qrati tagħna biex dan il-kuntratt tal-Electrogas jiġi mitmum u l-poplu jinħall minn ħlasijiet żejda li huma riżultat dirett tal-korruzzjoni.

Posted by Bernard Grech on Wednesday, September 23, 2020

Il-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal fuq messaġġ permezz tal-paġna uffiċjali tiegħu ta’ Facebook, li wara l-iżviluppi importanti li seħħew illum -  jiġifieri dik li l-kumpanija Gasan Group ħabbret li trid toħroġ mil-investiment li għamlet fil-proġett tal-Electrogas - "jidher biċ-ċar li minn proġett li kellu jkun il-mimmi ta’ għajnejn il-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi, dan spiċċa proġett tal-mistħija u monument tal-korruzzjoni."

Grech sellem il-memorja tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia li qal illi b’kuraġġ u b’determinazzjoni kixfet l-iskandli ta’ dan il-proġett u sostna li jekk jingħata l-fiduċja li jmexxi lill-Partit Nazzjonalista "jien diġa' ħabbart li, flimkien ma’ tim ta’ esperti, nara liema passi jistgħu jittieħdu fil-Qrati tagħna biex dan il-kuntratt jiġi mitmum u l-poplu jinħall minn ħlasijiet żejda li huma riżultat dirett tal-korruzzjoni” sostna Grech.

Grech għamel ukoll referneza għall-iżviluppi dwar Nexia BT u sostna li l-iskema tal-passaporti "ħammret" wiċċ pajjiżna. 

“Saret wisq ħsara u rridu nibdew infejqu lil pajjiżna," temm jgħid Bernard Grech.

More in Politika