Disa' kumpaniji oħra u persuna - kollha marbuta ma' Keith Schembri - bl-assi ffriżati wkoll

Aktar kumpaniji marbutin mal-eks Chief of Staff f'Kastilja bl-assi ffriżati mill-Qorti

Keith Schembri
Keith Schembri

Disa' kumpaniji oħra konnessi ma' Keith Schembri u individwu ieħor kellhom l-assi tagħhom iffriżati wkoll, flimkien mal-lista twila ta' kumpaniji oħrajn li kellhom l-assi ffirżati sigħat biss wara li Inkjesta Maġisterjali fuq akkużi ta' ħasil ta' flus mill-bejgħ tal-passaporti kienet konkluża. 

Jidher illi bi żball dawn in-negozji u din il-persuna, li xi siti tal-aħbarijiet  irrappurtaw illi kienet bint Schembri, ma ġewx inklużi f'din il-lista. 

Sa issa huma 91 kumpanija u persuni li kellhom l-assi ffriżati u huma kollha b'xi mod marbutin ma' Keith Schembri u Karl Cini u Brian Tonna, minn Nexia BT. 

Schembri inħeles minn taħt l-arrest dan il-lejl wara siegħat ta' investigazzjoni u wara li ma riedx iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-pulizija sakemm tkun ippubblikata l-inkjesta maġisterjali.  Sorsi qalu lil dan is-sit illi l-Avukat Ġenerali m'għandha ebda obbligu legali tippubblika dan ir-rapport ħlief il-partijiet li fihom jisemma' l-istess Schembri, li jintwerew lil Schembri innifsu u dawk li qed jirrapreżentawh. 

L-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim MInistru kien f'nofs diversi kontroversji u skandli li heżżew lill-Gvern Laburista ta' Joseph Muscat, primarjament il-Panama Papers u magħhom marbut il-proġett tal-Power Station, 17 Black, Yorgen Fenech u l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. 

Nhar it-Tnejn li għadda l-Qorti ffriżat l-assi ta' Schembri.

More in Politika