Mewta oħra kawża tal-Covid-19; Anzjan ta' 84 sena huwa l-25 vittma

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Settembru

Anzjan ta’ 84 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. Huwa l-25 vittma tal-virus f'Malta.

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Settembru.

Huwa ddaħħal l-IDU fl-Isptar Mater Dei dakinhar stess fejn baqa’ jingħata kura sakemm miet ilbieraħ tard billejl. 

Fi stqarrija, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

More in Politika