'Kull min seraq lil pajjiżna għandu jħallas ta' għemilu' - Partit Nazzjonalista

Adrian Delia u Bernard Grech jirreaġixxu għall-aħħar żviluppi relatati ma' Keith Schembri

Il-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija b'reazzjoni għall-arrest ta' Keith Schembri, sostna li dawk li serqu lil pajjiżna "għandhom iħallsu ta’ għemilhom."

"Ir-riżenja tal-eks Avukat Ġenerali kienet fil-fatt konferma ċarissima kemm matul dawn l-aħħar snin kellna raġun għaliex kien evidenti li bħall-eks Kummissarju tal-Pulizija, kien spiċċa pupazz tal-Gvern Laburista li ħataf l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna u għamel minn kollox biex l-investigazzjonijiet ma’ jsirux u l-verita’ ma’ toħroġx," spjega l-PN fi stqarrija ffirmata mill-Kap kurrenti Adrian Delia. 

Delia qal illi fil-ġlieda tiegħu kontra l-kjorruzzjoni "rebaħ" il-kopja sħiħa tar-rapport Egrant, fost oħrajn. 

 "F’Jannar li għadda ressaqt denunzja lill-Pulizija biex Karl Cini jiġi immedjatament investigat. Hawnhekk ukoll kellna raġun. Kemm qabel ħriġt għall-politika kif ukoll matul dawn l-aħħar snin sħaqt li l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti għandha titwaqqaf immedjatament għaliex kienet skema li tipperikola r-reputazzjoni ta’ pajjiżna."

Intant anke Bernard Grech, kandidat għall-pożizzjoni ta' Kap Nazzjonalista, sostna fuq messaġġ fuq Facebook li minkejja li l-PM Robert Abela qal li jinsab kuntent għax din tfisser li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu  kieku vera kienu qed jaħdmu Schembri tressaq fl-2017, "meta ġie żvelat dan kollu."

"Jaħdmu kieku l-pulizija ma ngħatawx ordni minn fuq biex ma jieħdux passi. Jaħdmu kieku tkellimt meta rajt l-inġustizzji, mhux żammejt ħalqek magħluq biex tipproteġi s-siġġu tiegħek. Jaħdmu kieku l-ġurnalista li kixfet dan kollu għadha ħajja."

Ma kellux għalfejn jgħaddu 3 snin u tinqatel Daphne Caruana Galizia biex il-Pulizija tarresta u tinvestiga lil Keith...

Posted by Bernard Grech on Tuesday, September 22, 2020

More in Politika