Immultati wara tneħħija ta' culvert li wassal biex jgħerqu djar waqt maltempata fl-2012

Kuntrattur, perit u Kunsill Lokali kienu ordnati jħallsu bejniethom €18,000 fuq xogħolijiet tat-toroq li kkawżaw għargħar

Kuntrattur, perit u Kunsill Lokali kienu ordnati jħallsu bejniethom €18,000 fuq xogħolijiet tat-toroq li kkawżaw għargħar f'partijiet minn Ħal Lija u ħsarat f'residenzi, fl-2012. 

Polidano Brothers (Taċ-Ċaqnu), il-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija u l-perit John Rizzo Naudi kienu immultati dan l-ammont, li se jitħallas lil Lloyd's Malta Ltd, mill-Maġitsrat Lawrence Mintoff. 

Il-każ seħħ wara maltempata kbira li laqtet il-gżejjer Maltin nhar it-3 ta' Settermbru 2012.   

Wara li semgħet affidavit minn resident li kellu d-dar mgħerrqa b'aktar minn żewġ pulizieri ilma u wara x-xhieda mill-esperti tekniċi, il-Qorti qalet li ma kellhiex dubju illi l-ħsara kienet ikkawżata mix-xogħol li kien qed isir f'numru ta' toroq f'Ħal Lija.  Bħala parti mix-xogtħol numru ta' culverts ftit 'l fuq mid-dar tneħħew u qatt ma kienu mibdula b'mod komplet. 

Il-proġett kien tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija, magħmul minn Polidano Brothers taħt is-superviżjoni tal-periti Rizzo Naudi u Joseph Cachia. 

Il-Qorti fakkret illi kien id-dover ta' min qed jagħmel ix-xogħol li jara illi jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex ikun assigurat l-inqas inkonvenjenza u ħsara lir-residenzi.

More in Politika