'Ġurnata sewda għall-PN' għax Delia ma riedx jitkellem fil-11:00 a.m imma fil-11:30 a.m fuq Net FM

Kontroversja oħra surreali fil-Partit Nazzjonalista - Delia jiddikjara 'ġurnata sewda' għax hu ried li jitkellem fil-11:30 a.m mhux fil-11:00 a.m kif kien ippjanat minn qabel li se jiġri

Fil-Partit Nazzjonalista reġa' qamet kontroversja, xi ftit stramba u surreali, hekk kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-midja tal-partit "inħatfet minn Bernard Grech" nhar is-Sibt li Delia jiddeskrivi bħala "l-uniku" ċans li l-Kap Nazzjonalista għandu biex jitkellem, bħala Kap tal-Oppożizzjoni.  Huwa ddeskriva llum bħala 'jum iswed għall-Partit Nazzjonalista'.

Intant ara kif il-Kummissjoni Elettorali tal-PN qalet li Delia kien offrut aktar ħin u ma aċċettax ilbieraħ wara li l-iskeda ekienet ilha pub blika mit-3 ta' Settembru.

Fil-fatt minn telefonati li dan is-sit għamel kemm ma' persuni qrib Bernard Grech kif ukoll ma' persuni qrib Adrian Delia jidher illi din il-kontroversja, jekk wieħed jista' jsejħilha hekk, hija minħabba l-ħinijiet allokati lil Grech u Delia fi programm tar-radju dalgħodu fuq Net FM. 

Jidher li Delia kellu problema li jitkellem fil-11:00 a.m għaliex l-islot li s-soltu jkollu hija fil-11:30 a.m sostnew dawk li tkellmu mal-illum.com.mt minn naħa ta' Delia.  "La hu għadu Kap fil-11:30 a.m irid jitkellem mhux fil-11:00 a.m għax dik l-islot tiegħu."  

Din hija ġurnata sewda għall-Partit Nazzjonalista. L-avukat Bernard Grech li għadu lanqas ġie kkonfermat bħala...

Posted by Adrian Delia on Saturday, September 12, 2020

Iktar minn hekk jidher li Delia qed jippretendi li nhar is-Sibt fuq in-Net FM jitkellem hu biss bħala Kap tal-Oppożizzjoni, ladarba il-kampanja għadha ma bdietx b'mod uffiċjali.

Minn naħa l-oħra persuni mill-kampanja ta' Grech sostnew illi kif juru l-messaġġi (li werew lil dan is-sit) li irċevew kemm huma u anke l-attivisti ta' Delia kiien se jitkellem llum fuq Net FM bejn  il-11:00 a.m u l-11:30 a.m kellu jitkellem Delia u bejn il-11:30 a.m u nofsinhar, Bernard Grech. 

Delia għalhekk iddikjara llum bħala jum iswed għall-Partit Nazzjonalista.

More in Politika