Il-Covid-19 jaħtaf ħajja oħra f'Malta; Anzjan ta' 80 sena huwa l-ħmistax-il vittma

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-4 ta’ Settembru

Anzjan ta’ 80 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. Dan huwa l-ħmistax-il vittma tal-virus f'Malta. 

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-4 ta’ Settembru.

Huwa ddaħħal l-isptar Mater Dei lbieraħ, 9 ta’ Settembru u miet l-Isptar Mater Dei aktar kmieni llum.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li dan l-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.

"Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa," temmet tgħid l-istqarrija.

Aqra wkoll:

More in Politika