'Kull ċenteżmu li daħal fil-crowd funding se jiġi awditjat u r-rapport tal-Awditur ippubblikat'

B'kollox Grech ġabar €50,055 minn 1,355 donatur li ma setax jagħti donazzjoni ta' akbar minn €250

Bernard Grech waqt żjara fil-kampanja għal elezzjoni ta' Kap fil-PN
Bernard Grech waqt żjara fil-kampanja għal elezzjoni ta' Kap fil-PN

Il-kampanja ta' Bernard Grech, li qed jaspira li jkun Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista, u li ġabar eluf mill-inizjattiva ta' crowd funding wiegħed illi d-donazzjonijiet se jgħaddu għall-iskrutinju ta' Awditur u ladarba dan l-iskrutinju jkun lest hu se jippubblika dan ir-rapport. 

Grech kien fl-attenzjoni tal-midja fl-aħħar jiem wara storja żvelata mill-gazzetta ILLUM li tat id-dettalji dwar taxxa tad-dħul u VAT li Grech ma ħallasx fuq medda ta' snin pero li jirriżulta li tħallsu qabel ma tefa' n-nomina tiegħu għal kariga ta' Kap Nazzjonalista. 

Grech ġabar fondi permezz ta' Crowd Funding  - mezz ta' ġbir ta' fondi li permezz tiegħu l-identità ta' min għadda l-flus tkun ċara kemm il-darba jkun hemm il-bżonn ta' investigazzjoni.  

B'kollox Grech ġabar €50,055 minn 1,355 donatur li ma setax jagħti donazzjoni ta' akbar minn €250.

 

More in Politika