Il-kampanja ta' Grech tiġbor ftit aktar minn €28,000 minn 763 persuna f'24 siegħa

Bernard Grech juża' l-inizjattiva Crowd Funding biex jiġbor flus għall-kampanja tiegħu

Bernard Grech juża l-inizjattiva 'Crowd Funding' biex jiġbor flus għall-kampanja tiegħu
Bernard Grech juża l-inizjattiva 'Crowd Funding' biex jiġbor flus għall-kampanja tiegħu

Fl-ewwel 24 siegħa minn inizjattiva ta' Crowd Funding - jiġifieri sistema li permezz tagħha jkun magħruf u jista' jkun intraċċat ukoll min jagħti donazzjoni onlajn - il-kampanja ta' Bernard Grech ġabret €28,112 minn 763 persuna.   Dan ifisser li kull persuna tat medja ta'  €36.80 lill-kampanja ta' Grech. 

Kemm meta intervistat ilbieraħ fuq l-istazzjon NET TV kif ukoll fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook Grech qal illi l-fatt li qed jintuża l-Crowd Funding huwa sinjal li qed jagħti hu ta' trasparenza f'dak li jirrigwarda donazzjonijiet.  Hu qal li kampanja bħal dik ta' kap ta' partit se tiswa l-flus u wiegħed ukoll li kull ċenteżmu li ma jintużax ser ikun qed imur bħala donazzjoni lill-Partit Nazzjonalista.

More in Politika