Il-GWU titlob laqgħa urġenti hekk kif ħaddiema fi kwarantina qed jitteħdilhom il-leave tal-mard

Il-GWU twissi illi lesta tieħu azzjoni industrijali fil-postijiet tax-xogħol fejn dan qed isir 

Is-segretarju ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja | ritratt: Chris Mangion
Is-segretarju ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja | ritratt: Chris Mangion

Il-General Workers’ Union (GWU) ħabbret illi talbet laqgħa urġenti mal-Ministru Carmelo Abela wara illi qed jirriżulta li ħaddiema li jirriżultaw pożittivi għal Covid-19 qed jigu infurmati li qed jinqalbu minn leave ta’ kwarantina għal leave tal-mard. "Dan minkejja li n-notifika li jirċievu tgħid li huma jaqgħu taħt l-obbligi kollha tal-kwarantina inkluż il-multi u l-iżolament," tfakkar il-GWU.

Tispjega kif fil fatt il-liġi dwar il-kwarantina tgħid li l-impjegat għandu jingħata leave speċjali mingħajr telf ta’ paga meta huwa legalment obbligat li jirrispetta ordni ta’ kwarantina li tillimitah għal ċerta żona jew għal ċerti postijiet kif determinat mis-Supritendent tas-Saħħa Pubblika.  Fil-fatt l-impjegat qed jigi notifikat li huwa marbut bil-liġi tal-kwarantina u jrid jobdi l-ordnijiet mogħtija mis-Superindent tas-Saħħa Pubblika.

"Din il-kwistjoni qed toħloq inkwiet u inċertezza kbira lil dawn l-impjegati minħabba numru limitat ta’ granet tal-leave għall-mard. Barra hekk l-GWU mhux qed teskludu li tieħu azzjonijiet industrijali f’diversi postijiet tax-xogħol li aħna rappreżentati fejn qed issir hekk," ittemm twissi l-GWU. 

More in Politika