L-istudenti kollha ta' aktar minn 11-il sena jeħtieġ jilbsu maskra fil-ħin tal-iskola

 ... u dawk ta' bejn tlieta u 11-il sena jridu jilbsuha meta joħorġu mill-klassi

Illum is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbret il-linji gwida li permezz tagħħhom se jkunu qed jiftħu l-iskejjel fl-aħħar ta' Settembru. 

Il-linji gwida prinċipali huma:

1 - Min ma jiflaħx ma għandux jintbagħat l-iskola u allura l-ġenituri għandhom jiċċekkjaw u jaraw li jekk uliedhom għandhom sintomi ma jintbagħatux l-iskola

2 - Huma u deħlin it-tfal se jiġu ċċekkjati għad-deni u dawk li jkollhom deni jew saħansitra jirriżultaw fil-pożittiv ma jitħallewx jidħlu ma' tfal oħrajn.  Minflo,  jitpoġġew f'post għalihom sakemm jiġbruhom il-ġenituri.  L-istaff tal-iskola l-istess.

3 - Hemm bżonn li tinżamm id-distanza soċjali anke fil-klassi bejn student u ieħor, bi klassijiet iżgħar

4 - Dawk it-tfal ta' taħt it-tliet snin ma jilbsux maskra.  Dawk ta' bejn it-tliet snin u l-11-il sena għandhom jilbsu l-maskra meta jkunu barra l-klassi filwaqt li dawk ta' 'il fuq minn 11-il sena jridu jilbsu maskra dejjem

5 - Fitt-trasport għall-iskejjel m'għandhomx jinbiddlu t-tfal, it-twieqi għandhom jibqgħu miftuħin fejn hemm u għandhom jiħġu ċċekkjati t-tfal qabel jitilgħu

6 - Tindif tal-vetturi bejn vjaġġ u ieħor

7 - Rigward il-HW se jibqa' jingħata imma se jkun rakkommandat li fejn  nistgħu dan jingħata virtwalment

F'kummenti fil-bidu tal-Konferenza s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Dr Frank Fabri qal illi l-Gvern Malti ra wkoll l-esperjenza ta' barra. 

(Dan l-artiklu qed ikun aġġornat)

 

More in Politika