Il-pandemija tħalli effetti fuq il-finanzi: Defiċit ta' aktar minn €1 biljun fl-ewwel seba' xhur tas-sena

Kif mistenni, l-akbar tnaqqis fid-dħul kien ġej mit-Taxxa tad-Dħul, VAT u bolla - riflessjoni ta' attività ekonomika kajmana

L-effetti tal-Covid-19 fuq il-finanzi tal-pajjiż kienu konsiderevoli hekk kif fl-ewwel seba' xhur tas-sena skont ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) il-Gvern irreġistra defiċit ta' €1.05 biljun.

Id-dħul totali f'dan il-perjodu kien ta' €2.106 biljun li timmarka tnaqqis ta' 20.2% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.  L-akbar tnaqqis kien  - kif mistenni minħabba suq tax-xogħol kajman jew saħsansitra wieqaf - f'dak li jirrigwarda Taxxa tad-Dħul li minnha l-pajjiż daħħal €206.7 miljun.  Tnaqqis kien reġistrat minn dħul mill-VAT, self u bolla.

Bejn Jannar u Lulju 2020 l-ispiża tal-Gvern kienet ta' €3.15 biljun jew 14.2% ogħla mill-istess perjodu s-sena l-oħra. Il-kontributur ewlieni kienet żieda ta' €112.9 miljun taħt 'Programmi u Inizjattivi'. Żidiet oħrtajn kienu fil-kontribuzzjonijiet u spejjeż ta' manutenzjoni u operazzjonali. 

More in Politika