Qgħad ħafna akbar mis-sena l-oħra f'Lulju ... imma inqas minn Ġunju li għadda

Ikkumparat ma' Lulju tal-2019 kien hawn 2,327 aktar nies jirreġistraw f'Lulju li għadda ... imma 289 inqas minn Ġunju li għadda

F'Lulju in-numru ta' dawk li qed jirreġistraw kien ta' 3,981, li hija żieda ta' 2,327 persuna meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra. B'kollox din iż-żieda tinqasam hekk: 2,127 minnhom qed jirreġistraw fl-Ewwel Parti tar-reġistru filwaqt li 203 jinsabu fit-tieni parti.  Il-qgħad żdied fil-etajiet kollha u fil-livelli kollha bl-akbar żieda tkun fost dawk li ilhom jirresġistraw inqas minn 21 ġimgħa. 

Dan jista' jkun inidikattiv tal-fatt li ħafna persuni tilfu xogħolhom waqt ix-xhur ta' April, Mejju u Ġunju minħabba l-impatt ekonomiku tal-ewwel mewġa ta' Covid-19.

Minkejja din iż-żieda kkumparata mas-sena l-oħra, xahar għal xahar il-qgħad naqas b'289 persuna:  Minn 4,270 f'Ġunju għat-3,981 f'Lulju

In-numru ta' persuni  b'diżabilità li kienu qed jirreġstraw waqt ix-xahar ta' Lulju żdied bi 30 persuna kkumparat mal-istess xahar fl-2019, għal total ta' 248. 

 

More in Politika