Malta taġġorna l-lista tal-pajjiżi mhux meqjusa totalment siguri għas-safar

Kull persuna li tasal f'Malta mill-pajjiżi f'din il-lista jridu jissottomettu ċertifikat li juri riżultat negattiv ta' COVID-19

Malta aġġornat il-lista ta' dawk il-pajjiżi li mhux meqjusa totalment siguri għas-safar biex issa din tinkludi: il-Bulgarija, ir-Rumanija, ir-Repubblika Ċeka, Spanja (Barcelona, Girona, Madrid) u t-Tuneżija.

Ir-reviżjoni tidħol fis-seħħ mill-Ġimgħa, 28 ta' Awwissu 2020, f'nofsillejl.

 Kull persuna li tasal f'Malta mill-pajjiżi li jissemmew hawn isfel għandha tissottometti ċertifikat li juri riżultat negattiv ta' COVID-19 li jkun sar sa mhux aktar minn 72 siegħa qabel it-titjira.

Passiġġieri li jonqsu milli jippreżentaw dan iċ-ċertifikat jistgħu jiġu sottoposti għal swab test fl-Arjuport Internazzjonali ta' Malta u jistgħu jintalbu li jinżammu fi kwarantina. 

More in Politika