'Aldo Cutajar qatt ma tkeċċa minn mal-Gvern' - Is-Segretarju Permanenti Ewlieni iwieġeb lill-Kamra tal-Kummerċ

Dan wara li l-Kamra tal-Kummerċ talbet għar-riżenja ta' Mario Cutajar minn Segretarju Permanenti Ewlieni

Nirreferi għall-artiklu ‘Il-Kamra tal-Kummerċ titlob għar-riżenja ta' Mario Cutajar li deher fuq is-sit Illum.com.mt, nhar is-17 ta’ Awwissu 2020.

Il-fatti huma fatti: ħu s-Segretarju Permanenti Ewlieni qatt ma tkeċċa minn mal-Gvern u għalhekk qatt ma ġie “reinstated” mal-Gvern jew li didaħħal lura mal-Gvern wara l-2013.

Wieħed ma għandux jistrieħ fuq suppożizzjonijiet imma fuq is-sewwa:

  1. L-uffiċjal pubbliku daħal fis-servizz pubbliku għall-ewwel darba fl-1989;
  2. Fl-2004, huwa kien tressaq il-Qorti fuq akkużi ta’ miżapproprijazzjoni ta’ fondi, fost oħrajn;
  3. Fit-2 ta’ Frar 2005, huwa wieġeb ħati tal-akkużi fil-konfront tiegħu u ngħata sentenza ta’ sentejen ħabs sospiżi għal erba’ snin, b’interdizzjoni perpetwa;
  4. Fit-22 ta’ April 2005, il-Maġistrati Jacqueline Padovani ddeċidiet li tneħħi l-interdizzjoni perpetwa li kienet tat hi stess fit-2 ta’ Frar 2005;
  5. Il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, maħtura minn amministrazzjoni Nazzjonalista, investigat il-każ skont ir-regoli fis-servizz pubbliku u fis-16 ta’ Ġunju 2005 irrakkomandat li l-interdizzjoni imposta fil-konfront tiegħu skont kif iddikjarat il-Qorti. Il-Kummissjoni qalet li l-persuna in kwistjoni għandha titlef il-paga miżmuma matul is-sospensjoni u tingħata twissija;  
  6. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qabel ma’ din ir-rakkomandazzjoni u ffirmaha fl-1 ta’ Lulju 2005;
  7. Sussegwentament, il-persuna involuta ħadem ħadmet f’diversi dipartimenti taħt diversi Ministeriministeri; 
  8. Dan ifisser li mhux minnu li l-persuna xi darba tkeċċa tkeċċiet minn mal-Gvern. Għalhekk, mhux minnu lanqas li huwa qatt ġie “reinstated” mal-Gvern, u wisq iktar mhux minnu li ddaħħal lura mal-Gvern wara l-2013;
  9. Fis-17 ta’ Awwissu 2016, jiġifieri 11-il sena wara li l-Qorti tal-Maġistrati neħħiet l-interdizzjoni perpetwa, huwa ntbagħat mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, fejn kien jaħdem dak iż-żmien, fl-Ambaxxata Maltija f’Beijing. Dan il-pass sar wara li l-Ministeru rispettiv talab u ngħata l-clearances kollha meħtieġa mis-Servizz tas-Sigurtà;
  10. Fl-1 ta’ Marzu 2018, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin bagħat lil din il-persuna fil-Konsulat Malti f’Shanghai. Din il-kariga intemmet fis-7 ta’ Settembru 2019.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni ma kellu l-ebda konnessjoni mal-ebda ċirkostanzi hawn fuq imsemmija.

Kulħadd jaqbel li l-etika li tkellmet dwarha The Malta Chamber ma torbotx biss lill-uffiċjali pubbliċi iżda lil kulħadd. 

L-etika wkoll twassal għal fatti.

Dan l-artiklu huwa dritt għar-risposta skont Att Nru XI tal-2018 u għalhekk ġie ppubblikat kelma b'kelma kif mibgħut lis-sit illum.com.mt

More in Politika