Il-MAM bi protesta ta' siegħa minħabba 'indħil politiku li se jirriżulta f'mard'

L-Assoċjazzjoni tat-tobba bi strajk ta' siegħa għada

Għada il-Ħamis L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) ħabbret li għada se tagħmel strajk ta' siegħa - mit-8:00 a.m sad-9:00 a.m. - mit-tobba kollha ħlief dawk li qed jagħmlu l-iswabbing. 

Il-MAM qalet illi dan l-istrajk ta' siegħa se jsir bħala protesta kontra dik li sejħet "indħil politiku u mhux xjentifiku mill-Gvern li mhumiex tas-Saħħa fix-xogħol tas-Saħħa Pubblika bir-riżultat illi deċiżjonijiet żbaljati jistgħu jirriżultaw fil-mard tal-popolazzjoni u l-professjoni medika." 

"It-tobba mhux se jieħdu responsabilità ta' deċiżjonijiet li qed jittieħdu mingħajr l-għarfien tagħhom," temmet tgħid il-MAM. 

Intant ara hawn x'kienet ir-reazzjoni tal-MUMN għall-miżuri li jitrattaw bars u każini. 

More in Politika