Ċipru tagħlaq il-bibien għal Malta ... ma nistgħux nidħlu jekk mhux residenti

Ċipru tagħlaq il-bibien għal Malta minħabba żieda fil-każi ta' Covid-19

Malta, flimkien ma' Spanja u l-Awstralja tpoġġew fi Grupp Ċ fir-rigward tal-ivjaġġar li jfisser illi d-dħul f'din il-gżira se jkun biss jekk inti resdidenti Ċipru. Il-Ġappun tpoġġa fi Grupp B, minn Grupp A - fejn fil-fatt kienet Malta għal xi ġimgħat bil-konsegwenza li l-Maltin setgħu jidħlu Ċipru mingħajr lanqas biss juru ċertifikat. 

Is-sit Cyprus Mail irrapporta kif dan qed isir wara illi f'dan it-tliet pajjiżi kienet irreġistrata żieda qawwija fil-każi. 

Ilbieraħ Malta rresġistrat 69 każ ġdid li huwa t-tieni l-akbar numru minn meta bdiet dik li issa tista' titqies it-tieni mewġa li sa issa qed turi illi hija akbar mill-ewwel.  Il-ġimgħa l-oħra f'24 siegħa Malta rreġistrat 72 każ ġdid. 

It-total ta' każi attivi tela' minn tlieta f'Lulju għal 607, anke jekk in-numru ta' swabs li qegħdin isiru issa żdiedu sew u kważi kuljum jaqbżu l-2,000. 

Ċipru tingħaqad ma' 11-il pajjiż ieħor li għamlu restrizzjonijiet għal dawk li jkunu ġejjin minn Malta fosthom ir-Renju Unit li impona kwarantina.  Dan il-pajjiż huwa l-akbar suq turistiku għal Malta. 

More in Politika