Swab test mandatorju għal kull min jidħol l-Italja minn Malta, Spanja u l-Greċja

Turisti li jmorru l-Italja jridu jew jippreżentaw ir-riżultat ta' swab test li jkunu għamlu 72 siegħa qabel jew inkella jagħmlu test mal-wasla tagħhom u jiżolaw ruħhom sakemm joħroġ ir-riżultat

Il-Gvern Taljan qed jordna lil kull min jasal fil-pajjiż minn Malta, Kroazja, il-Greċja u anke minn Spanja biex ikun ittestjat għall-COVID-19 u dan hekk kif il-virus qed jgħolli rasu madwar l-Ewropa kollha.

Il-Ministru għas-Saħħa Taljan, Roberto Speranza, ħabbar li ffirma digriet biex jibda jsir antibody jew swab test għal kull min jasal fil-pajjiż minn dawn il-pajjiżi, filwaqt li waqqaf totalment il-waslet mill-kolumbja.

Id-digriet jordna li l-passiġġieri jridu jew jippreżentaw ir-riżultat negattiv ta' test li jkunu għamlu 72 siegħa qabel il-wasla tagħhom jew inkella jagħmlu t-test mal-wasla u jiżolaw ruħhom sakemm joħroġ ir-riżultat.

Apparti li Malta, li wkoll rat żieda fil-każi fl-aħħar jiem, il-Greċja rrapportat 262 każ ġdid ilbieraħ u Spanja kellha 1,700 każ ġdid f'24 siegħa.

Aktar qabel, Sqallija wkoll introduċiet restrizzjonijiet. Sqallin li jkunu rritornaw wara btala minn Malta se jkunu kostretti jagħmlu ħmistax kwarantina.

Turisti li jidħlu Sqallija jridu jirreġistraw mal-awtoritajiet tas-saħħa jew fuq is-sit siciliasicura.com. Dawn mhux qed ikunu kostretti jagħmlu kwarantina.

Ir-restrizzjonijiet il-ġodda jidħlu fis-seħħ mill-14 ta' Awwissu.

More in Politika