Charmaine Gauci se tirritorna bil-bulettin mediku darba f'ġimgħa

Hu mifhum li l-ewwel bulettin mediku minn Kastilja se jsir għada

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, se terġa' tibda tagħmel il-bulettin mediku darba f'ġimgħa, din id-darba mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Irrapporta dan is-sit MaltaToday, bl-indikazzjonijiet huma li l-ewwel bulettin mediku se jsir nhar il-Ġimgħa.

F'Mejju li għadda, il-bulettin mediku kien beda jsir tliet darbiet fil-ġimgħa u mhux kuljum u spiċċa għal kollox meta Malta ma baqgħetx taħt emerġenza tas-saħħa pubblika.

Madanakollu nħasset il-ħtieġa li Gauci terġa' tibda tindirizza dawn il-konferenzi wara li fl-aħħar jiem Malta rreġistrat żieda sostanzjali fl-għadd tal-każi.

More in Politika