Malta toffri €50,000 mill-baġit uffiċjali tagħha għall-għajnuna f'Bejrut

B’kollox, 135 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li eluf weġġgħu fi splużjoni li heżżet lil Bejrut

Malta qed toffri l-appoġġ tagħha lil-Libanu b’kontribuzzjoni finanzjarja ta’ €50,000 mill-baġit uffiċjali tagħha għall-għajnuna għall-iżvilupp wara l-isplużjoni li seħħet f’Bejrut nhar it-Tlieta. 

B’kollox, 135 persuna tilfu ħajjithom filwaqt li eluf weġġgħu.

"Ir-rispons ta’ emerġenza mill-Gvern Malti hu espressjoni ta’ solidarjetà sħiħa mal-Gvern u mal-poplu Libaniż, liema rispons jagħti tama li l-għajnuna umanitarja globali tgħin lill-pajjiż biex jegħleb riperkussjonijiet distruttivi fl-iqsar żmien possibbli," saħqet l-istqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.

L-isplużjoni x'aktarx li seħħet kawża ta' għexieren ta’ tunellati ta’ fertilizzant perikoluż u splussiv li kien qed jinżamm maħżun f’maħżen viċin il-port.

More in Politika