'Ftit wisq u tard wisq' ... Il-MAM tħabbar li se tkompli bid-direttivi għat-tobba

L-Assoċjazzjoni tat-Tobba se tkompli bid-direttivi minn nhar it-Tnejn ... tgħid li għaddiet tal-promoturi tal-parties u li l-istorja se tirrepeti ruħha

"Tajjeb imma mhux biżżejjed.  Ftit wisq u tard wisq.  Se nipproċedu bl-azzjoni industrijali."

Hekk sostniet fi stqarrija l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) li qalet illi sa fl-aħħar l-awtoritajiet qed jirrikonoxxu illi hemm problema bl-attivtajiet tal-massa.    "Imma l-miżuri mhux biżżejjed. Huwa ċar li għaddiet tal-promoturi tal-parties għaliex dak li ħabbar il-Gvern mhux se jipproteġi lill-pubbliku."  L-Assoċjazzjoni kienet qed tirreaġixxi għat-tħabbir ta' miżuri restrittivi hekk kif in-numru ta' każi tal-Covid-19 kompla jiżdied. 

Il-MAM qalet illi tinsab infurmata li l-ispeċjalisti tas-saħħa ma kienux ikkonsultati u kienu ppreżentati bi pjan lest.  Fil-fatt dalgħodu anke l-MUMN ħabbret sett ta' miżuri u kienet kritika tal-Prim Ministru, bl-istess union tgħid illi 30 infermier jinsabu fi kwarantina

"Aħna diżappuntati li attivitajiet tal-massa b'eluf kbar ta' nies li ġejjin għalihom ma kienux ikkanċellati ... u minflok għamlu l-marċi l-ħaruf tas-sagrifiċċju."

l-Assoċjazzjoni qalet illi l-fatt li ma kienux ippubblikati regolamenti u lanqas tħabbru multi jfisser li "l-istorja se tirrepeti ruħha."

"La għandna l-istess numru ta' April, għalfejn m'aħniex qed nagħmlu l-oppost ta' dak li għamilna dakinhar?"

L-istqarrija ttemm tgħid għada se tiltaqa' terġa l-MAM ħalli tiddiskuti l-miżuri.

More in Politika