Każ wieħed ġdid ta' COVID-19 marbut mal-party Hotel Takeover

Malta issa għandha 27 każ attiv ta' COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa, minn fost 850 test, irriżulta każ wieħed biss ġdid ta' COVID-19. Il-persuna li rriżultat fil-pożittiv attendiet ukoll il-party Hotel Takeover li sar fil-lukanda Radisson.

Malta issa għandha 27 każ attiv ta' COVID-19 hekk kif fl-aħħar jiem kien hemm żieda sostanzjali fl-għadd ta' każi, bil-maġġoranza tagħhom ikunu żgħażagħ li attendew għall-istess party.

Ilbieraħ biss, kienu rreġistrati 17-il każ ġdid, b'għaxra minnhom ikunu persuni li marru Hotel Takeover. Dan ifisser li b'kollox, 16-il każ li tħabbru mill-Ġimgħa sal-lum huma kollha marbuta ma' dan il-party.

Dan wassal biex kemm it-tobba, il-patoloġisti u anke l-ispiżjara qed jerġgħu jappellaw lill-Gvern biex iwaqqaf immedjatament l-attivitajiet kollha tal-massa.

Aqra wkoll:

More in Politika