'Deċiżjoni oħra importanti biex il-PN ikollu Kap ġdid sal-aħħar tas-sajf' - Deputati Nazzjonalisti

Id-Deputati ta' kontra Delia jgħidu illi tal-bieraħ kien pass importanti ieħor biex il-PN ikollu Kap ġdid sal-aħħar tas-sajf

Il-maġġoranza tad-Deputati Nazzjonalist fi srtqarrija sostnew li  d-deċiżjoni li ttieħdet ilbieraħ filgħaxija mill-Kumitat Eżekuttiv kienet deċiżjoni oħra importanti li  - skont huma - permezz tagħha l-Partit Nazzjonalista "jkun jista’ joħroġ mill-perjodu ikrah u diffiċli li sab ruħu fih, u jkollu elezzjoni ghal Kap ġdid sal-aħħar tas-sajf."

Ilbieraħ minkejja li Delia ressaq mozzjoni biex jitlaqqa' l;-Kunsill Ġenerali li jiddeċiedi jekk jitteħudx vot ta' fiduċja fih. Delia kellu jieħu pass lura u jaċċetta li jintlaħaq kompromess.  il-Kunsill ġenerali se jiddeċiedi issa biex ijagħżel:  Jew il-PN imur għal vot ta' fiduċja u fuq il-karta tal-vot ikun hemm isem wieħed - Adrian Delia - jew elezzjoni għal Kap ġdid.

L-istqarrija sostniet kif issa, fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, li se jitlaqqa fil-31 ta’ Lulju u fl-1 ta’ Awwissu, kull kunsillier jkollu ċ-ċans li jagħżel, "jew elezzjoni miftuħa fost kandidati ġodda għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, jew inkella tiġrija fejn Adrian Delia jtellaq waħdu."

Huma sostnew li jifhmu illi mhix deċiżjoni faċli li l-partit jerġa jmur għal elezzjoni ta' Kap ġdid, "iżda hi d-deċiżjoni fl-interess kemm tal-partit kif ukoll tal-pajjiż."

More in Politika