Raġel jinżamm arrestat wara li nqabad jagħmel atti indiċenti fil-baħar quddiem diversi tfal

Ir-raġel deher fil-bajja nhar l-Erbgħa u nhar is-Sibt b'ġenitur jinnota kif l-akkużat kien qed jgħum mingħajr malja

Taljan ta’ 57 sena, li jgħix San Pawl il-Baħar, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li wettaq atti indiċenti quddiem minuri, waħda minnhom tifla ta’ sitt snin, fil-bajja ta’ Dawret it-Tunnara, fil-Mellieħa.

Skont il-Prosekuzzjoni, l-istess Taljan kien instab ħati ta’ atti simili fl-Italja.

L-Ispettur John Spiteri spjega kif fil-ħin li r-raġel kien qed jagħmel l-atti indiċenti kien hemm diversi tfal fil-viċin. Huwa telaq minn fuq il-post meta nduna li kienu rawh xi nies.

Jidher li l-każ seħħ nhar l-Erbgħa li għadda iżda r-raġel irritorna fl-istess bajja nhar is-Sibt u għamel l-istess mossi. Fuq il-bajja kien hemm diversi tfal u ġenituri li nzertaw kienu hemm l-Erbgħa ta’ qabel.

Wieħed mill-ġenituri nnota li r-raġel kien qed jgħum bla malja.

Id-difiza talbet għall-ħelsien mill-arrest fosthom għax mar-raġel tgħix ommu ta’ 85 sena u li jieħu ħsiebha.

Il-Qorti ċaħdet din it-talba.

More in Politika