Gonzi llejla se jipparteċipa fl-Eżekuttiv tal-PN ... jappella biex dawk ta' integrità 'iqumu u jitkellmu'

L-eks PM u eks Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi jappella:  "Stand up to be counted'

Lawernce Gonzi - Hawn jidher jivvota fl-elezzjoni tal-2013
Lawernce Gonzi - Hawn jidher jivvota fl-elezzjoni tal-2013

L-eks Prim Ministru u eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi se jkun preżenti llejla waqt il-Laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista u qal illi hu se jkun qed jipparteċipa f'diskussjoni u anke jekk jittieħed vot.  Minkejja li Gonzi żamm 'il bogħod mid-diskussjoni huwa kien ċaħad li kien medjatur jew intalab ikun medjatur, bejn dawk li huma kontra u dawk favur Adrian Delia - qabel il-vot li ra l-maġġoranza tad-Deputati Nazzjonalisti jisfiduċjaw lil Adrian Delia l-ġimgħa l-oħra.

Gonzi iżda qatt ma ċaħad li ltaqa' ma' Delia u d-diċċeriji fil-PN kienu li qal lil Delia biex jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-partit. 

Gonzi sostna f'kummenti ma' The Times li hu kompletament kontra u lest jopponi passi biex ikunu ddixxiplinati d-Deputati li ħaduha kontra Delia.  Kompla jgħid hekk iżda: "Jiena nippretendi li kull persuna li hija retta u ta' integrità,  tqum u titkellem f'dan il-mument."

Huwa temm jgħid illi lest jappoġġja kull soluzzjoni biex il-PN joħroġ mis-sitwazzjoni ħażina li jinsab fiha, inkluż tiġrija għat-tmexxija tal-PN.

More in Politika