Il-Moviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista jinsistu li Adrian Delia jirreżenja

L-MŻPN tinsisti li Delia messu rriżenja lbieraħ u tgħid li Delia żgwida lill-midja u lill-partit dwar Yorgen Fenech

Adrian Delia -  li lbieraħ qala' vot ta' sfiduċja minn 19-il Deputat Nazzjonalista, u allura l-maġġoranza ta' dan il-grupp, - issa qed jiffaċċja aktar pressjoni interna biex jirriżenja.  F'messaġġ fuq il-paġna tagħhom ta' Facebook il-Moviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista (MŻPN) sostnew illi wara dak li ġara lbieraħ, "kif ukoll wara l-kummenti li ta' Delia f'konferenza illi fiha qal li se jinjora l-vot tal-Grupp Parlamentari u li kollox 'business as usual', m'għandna ebda għażla għajr li ninsistu illi Delia jagħmel dak li hu sew u jirriżenja."

L-MŻPN qal illi is-sitwazzjoni ta' Delia mhix tenibbli aktar.  L-MŻPN fakkar illi l-allegazzjonijiet kontrih huma kbar ħafna "u hu inqabad jigdeb lill-midja u lill-partit fuq din ir-relazzjoni hija ma' nies ħżiena," 

"Ħadd mhu akbar mill-partit," qalet l-MŻPN li sostniet illi wieħed ma jistax jiddeċiedi hu meta jaqbel mad-demokarzija u meta le. 

Ilbieraħ Delia tilef vot fil-Grupp Parlamentari bi preċedent jinħoloq mill-Indipendenza b'kap ta' grupp politiku jitlef il-maġġoranza tal-Grupp Parlamentari.  Il-vot ittiħed wara laqgħat li trattaw ir-relazzjoni bejn Yorgen Feenech u Delia, b'dan tal-ewwel jibgħat Whatssapp chat jgħidlu li "aħna dejjem warajk jiġri x'jiġri" u f'każ ieħor jitolbu jmur għall-ikel miegħu.  Delia aċċetta u qallu li Pierre Portelli se jirranġa l-ikla. Dan meta kien diġa' żvelat li 17 Black hija ta' Fenech. 

Apparti dan, Delia jinsab taħt inkjesta maġisterjali fuq €50,000 li allegatament għaddew minn Fenech għal għand Delia biex l-MEP David Casa ma jkunx elett.

More in Politika