Bugħaddas ta’ 78 sena jitlef ħajtu ftit wara li jkun salvat f'Wied iż-Żurrieq

Kienu l-membri tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar li tellgħu lill-anzjan mill-baħar

Bugħaddas ta’ 78 sena tilef ħajtu llum wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jogħdos f’Wied iż-Żurrieq.

Kien illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar, li l-Pulizija kienu infurmati li raġel iddaħħal l-isptar, mitluf minn sensih wara li kien salvat mill-baħar.

Fil-fatt, kienu l-membri tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar li tellgħu lill-anzjan mill-baħar.

Minkejja l-isforzi kollha, l-anzjan miet ftit tal-ħin wara li twassal Mater Dei.

More in Politika