Mara ta' 29 sena tittella' l-Qorti wara li l-Pulizija jsibulha 72 pakkett ta' droga

Il-Qorti ma taċċettax it-talba għall-ħelsien mill-arrest ...

Mara mill-Imsida inżammet taħt il-kustodja tal-Pulizija fuq akkużi ta' 72 pakkett droga misjubin fuqha:  kokaina, eroina u kannabis - u wara li t-talba għall-ħelsien mill-arrest ma kinitx milqugħa. 

Il-mara ta' 29 sena kienet mressqa quddiem il-Qorti dalgħodu quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri mill-Ispettur Justine Grech, akkużata bil-pussess ta' kokaina u eroina li ma kinux għall-użu tagħha biss.

Hija wieġbet mhux ħatja filwaqt li l-avukat difensur talab għall-bail - xi ħaġa li l-Ispettur Grech qalet m'għandux isir ladarba din il-persuna instabet b'72 pakkett droga . 

Il-maġistrat - wara li ħa nota tal-gravità tal-akkużi miġjubin kontriha ma laqax it-talba għall-ħelsien tmill-arrest.. 

More in Politika