Il-Pulziija tiftaħ investigazzjoni dwar allegati flus minn Yorgen Fenech lil Adrian Delia

Il-Pulizija jikkonfermaw illi għaddejja investigazzjoni mill-Economic Crimes Unit dwar allegati flus li Melvin Theuma u Keith Schembri fix-xhieda tagħhom qalu li Fenech għadda lil Delia, wara li David Thake indika dan sena ilu

Dan is-sit jinsab infurmat illi bħalissa għaddejja investigazzjoni  - f'parallel mal-Inkjesta Maġisterjali - dwar allegati flus li għaddew minn Yorgen Fenech għal għand il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, allegatament biex parti minnhom jintużaw ħalli l-MEP David Casa ma jerġax ikun elett. 

Kelliem għall-Korp tal-Pulizija ikkonferma dan..  Apparti d-Deputat Nazzjonalista David Thake - l-ewwel li indika kif għaddew dawn il-flus lil Delia f'mistoqsija fuq il-programmn Xarabank - kien interrogat ukoll Pierre Portelli. 

Din l-informazzjoni ngħatat minn Melvin Theuma fil-Qorti li xehed kif Fenech qallu li kien għadda dawn il-flus lil Delia, biex Casa ma jkunx elett.  Yorgen Fenech ċaħad.

Imbagħad l-istess infiormazzjoni ingħatat mill-eks Chief of Staff f'Kastilja Keith Schembri, meta kien qed jixhed nhar it-Tnejn  li għaddew. 

Schembri xehed illi l-Kap tal-Oppożizzjoni darba mar u talbu (lil Yorgen Fenech) €50,000 biex jintużaw kontra l-elezzjoni ta' Casa. Kien jibgħat lil Pierre Portelli biex jiġbor €20,000 kull xahar. Dan seħħ fuq bażi regolari. Ġieli stennew għal siegħa biex jieħdu l-flus," kompla Schembri.

Fi kliemu, Portelli kien deher fir-reception ta' Portomaso qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2019.

Minkejja dan, f'affidavit separat, kemm Pierre Portelli kif ukoll Adrian Delia qed jiċħdu li aċċettaw dawn il-flus jew li fil-fatt saret din il-proposta.

L-Inkjesta Maġisterjali għaddejja fl-istess ħin qed titmexxa mill-Maġistrat Doreen Clarke. . 

More in Politika