Irrevokat il-permess ta' Manoel Island; Il-MIDI ordnati jibdew mill-ġdid l-istudji

Dan huwa proċess li jista' jieħu xhur

Il-permess għall-proġett ta’ Manoel Island ġie rrevokat wara li t-Tribunal għall-Ambjent u l-Ippjanar ordna lill-iżviluppaturi biex jippreparaw studju ġdid dwar l-impatt ambjentali, proċess li jista’ jieħu xhur.

Dan ifisser li l-iżviluppaturi, bażikament, iridu jibdew l-istudji kollha mill-bidu.

L-appell dwar dan il-permess kien sar mill-NGO Flimkien għal Ambjent Aħjar u dan wara li kienu nġabru flus mir-residenti permezz tal-grupp Inħobbu l-Gżira li nediet petizzjoni li talbet il-Parlament ibiddel Manoel Island f’park ta’ patrimonju nazzjonali.

Aktar minn 8,000 persuna ffirmaw din il-petizzjoni

Il-permess, għall-kostruzjoni ta’ 600 appartament kien approvat fl-2019 u kien membru wieħed tal-Awtorità għall-Ippjanar li vvota kontra.

Dan il-pjan kien emenda ta’ pjan ieħor li tressaq fl-1999 biex hekk kien jinkludi aktar spazji miftuħa iżda anke kien se jżid 100 appartment ma’ dak li kien approvat fl-1999. 

More in Politika