'Steward se tħaddem numru ta' infermiera barranin, minflok Għawdxin ... waqfilhom il-kuntratt' - Said

Chris Said jgħid li l-Gvern qed jilgħab logħba perikoluża b'ħajjet l-Għawdxin

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista reġa' sostna li l-Gvern għandu immedjatament iwaqqaf il-kuntratt ma' Steward Healthcare.  Il-PN qal illi fis-sigħat li ġejjin Steward Healthcare se timpjega "numru ta' infermiera barranin". 

Skont il-kelliem tal-PN għal Għawdex Chris Said, "dan se jwassal biex numru kbir ta’ infermiera Għawdxin li jaħdmu f’Malta tispiċċalhom it-tama li xi darba jmisshom biex imorru jaħdmu Għawdex qrib il-familji tagħhom."

Said qal li dan huwa kollu konsegwenza "ta’ deċizjoni oxxena ta’ Gvern Laburista li jbiegħ is-saħħa tal-Għawdxin" u temm jakkuża lill-Gvern illi qed jibqa' jilgħab "logħba perikoluża bis-saħħa tal-Għawdxin."

More in Politika