Il-Covid-19 f'Malta b'rata ta' 93.7% fejqan hekk kif 600 minn 640 ifiequ

Ħames każi ġodda ta' Covid-19 u tlieta jfiequ biex 600, minn 640 sal-lum fiequ mill-Covid-19

Mill-aħħar statistika maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa jirriżulta li minn 640 każ, sal-lum, 600 persuna fieqet mill-Covid-19 f'pajjiżna.  Dan ifisser ir-rata ta' fejqan tal-Maltin jew dawk li jgħixu Malta hija ta' 93.7%. Minn dak li jifdal, jiġifieri 40 - 31 għadhom bil-virus filwaqt li disa' tilfu ħajjitom. 

Dan ifisser illi r-rata ta' mortalità f'pajjiżna għall-Covid-19 hija ta' 1.4%. 

Illum, l-istess Dipartiment ħabbar illi hawn ħames każi ġodda ta' Covid-19 li huwa mifhum illi uħud minnhom huma minn cluster fl-isptar.  Dawn il-ħames każi jirriżultaw minn total ta' 904 testijiet.  B'kollox, sal-lum, saru 78,788 test u li minnhom rriżultaw 640 każ pożittiv għall-Covid -19 - jiġifieri 0.8%. 

Intant fl-istess 24 siegħa fiequ tliet persuni oħra.

Dan ifisser illi fl-aħħar ġimgħa żdiedu l-każi attivi, għalkemm xorta jibqgħu inqas mit-total ta' każi attivi nhar l-1 ta' Ġunju, meta kien hawn 73 każ attiv.  Illum Malta għandha 31 każ attiv.

 

More in Politika