Il-PN jiddiżassoċja lilu nnifsu minn attivisti tiegħu li appellaw favur bojkott lil ħwienet ta' nies Laburisti

IL-PN jiddiżassoċja lilu nnifsu minn messaġġi favur bojkott kontra ħwienet ta' sidien Laburisti...

Il-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija, iddiżassoċja lilu nnifsu minn messaġġi fuq Facebook ta' xi attivisti tiegħu stess biex isir bojkott fuq il-ħwienet ta' nies Laburisti meta jissarfu l-vouchers li se jingħataw mill-Gvern.

"Bħalma ġbidna ħabel wieħed fil-kriżi tal-pandemija tal-COVID-19 għandna nagħmlu l-istess fl-isforzi kollettivi tagħna bħala poplu wieħed biex l-ekonomija ta' pajjiżna tqum fuq saqajha.  Il-valur tal-ġid komuni għandu jirbaħ dejjem fuq kull forma ta' tribaliżmu politiku," ttemm tgħid l-istqarrija firmata minn Claudette Buttigieg.

Il-Gvern ħabbar, nhar it-Tnejn, illi se jkun qed iqassam vouchers għal kull persuna ta' aktar minn 16-il sena b'valur ta' €100.

 

More in Politika