Protesti mill-ġdid fil-Belt Valletta: 'Ħu azzjoni jew irriżenja' jgħidu lill-Ministru Byron Camilleri

L-aħħar xhieda ta' Melvin Theuma tirriżulta fi protesta oħra organizzata minn Repubblika fil-Belt Valletta

Wieħed minn dawk li kienu qegħdin il-protesta l-Belt- Ritratt ta' Mediatoday
Wieħed minn dawk li kienu qegħdin il-protesta l-Belt- Ritratt ta' Mediatoday

Protesta organizzata minn Repubblika quddiem il-Ministeru tal-Intern fil-Belt Valletta qed titlob lill-Ministru Byron Camilleri jaġixxi jew inkella jirriżenja.  Din il-protesta kkaraterizzata mill-għajjat ta' "korrotti, korrotti" saret fid-dawl tal-aħħar xhieda minn Melvin Theuma u rapporti fuq il-midja dwar tapes li jsemmu laqgħat li kellu l-eks Kummissaju tal-Pulizija Lawrence Cutajar li ngħarta konsulenza mal-istess Ministeru wara li ma baqax Kummissarju. 

Skont rapport fuq The Sunday Times ta' nhar il-Ħadd li għadda Cutajar seta' b'xi mod informa lil Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, dwar l-arrest tiegħu.

Din l-allegazzjoni tinsab f'wieħed mir-recordings ġodda misjuba ta' Melvin Theuma. Theuma kien qed iżomm recordings tal-konverżazzjonijiet li kien ikollu ma' Yorgen Fenech, l-allegat mandant. F'wieħed minn dawn ir-recordings, li lbieraħ ħarġet aktar informazzjoni dwaru fil-Qorti, Melvin Theuma jinstema' jgħid li ċertu Edwin Gatt, magħruf bħala 'Il-Ġojja," ħabib tiegħu, kien iltaqa' mal-Kummissarju Cutajar.

Ftit wara li Cutajar irriżenja kien ingħata dan l-impjieg ta' konsulent għal paga ta' €31,000.

More in Politika