Ikomplu jonqsu l-każi attivi; Tliet pazjenti ġodda u sebgħa jfiequ fl-aħħar 24 siegħa

Fl-aħħar 24 siegħa saru 977 test

L-għadd tal-każi attivi kompla jonqos biex issa jammonta għal 33 każ u dan hekk kif sebgħa pazjenti oħra fiequ għal kollox mill-COVID-19.

Apparti minn hekk, fl-aħħar 24 siegħa saru 977 test u tlieta rriżultaw pożittiv.

Sa issa f'Malta fiequ total ta' 583 pazjent.

 

More in Politika