Aktar minn 5,000 ħaddiema barranin tilfu x-xogħol u talbu l-għajnuna biex jirritornaw f'pajjiżhom

Sal-ġimgħa d-dieħla se jkunu ħallew Malta 1,998 persuna

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Evarist Bartolo, spjega kif minn mindu l-Gvern beda jħaddem l-iskema ta’ għajnuna biex ħaddiema barranin li tilfu l-impjieg fi żmien il-pandemija, imorru lura pajjiżhom, sal-ġimgħa d-dieħla se jkunu ħallew Malta 1,998 persuna.

Fil-fatt, skont Bartolo, il-ġimgħa d-dieħla se jkunu qed jitilqu 530 ħaddiem ieħor li tilef xogħlu fi żmien il-pandemija, 300 minnhom huma Indjani u 230 oħra mill-Kolombja.

L-akbar grupp ta’ ħaddiema li ħallew pajjiżna kienu Taljani, hekk kif sa issa ħallew Malta 633 Taljan, 404 qabdu l-katamaran u 229 telqu bl-ajruplan.

Telqu wkoll 282 Serb u 260 persuna marru lura l-Albanija, fost oħrajn.

Bartolo rringrazzjua lil dawk il-persuni kollha u saħaq li għax dawn spiċċalhom ix-xogħol ma jfissirx li narmuhom għax ma hemmx bżonnhom aktar,

“Fadlilna x’nibagħtu lura għax għall-iskema applikaw 2,269 adult minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u magħhom għandhom 350 tfal. Applikaw ukoll 3,131 adult minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea, bi 306 tifel u tifla.

More in Politika