'L-obbligu tagħna huwa li noffru serħan il-moħħ lil kull min jgħaddi mill-ajruport' - L-MIA

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ l-aħbar li l-Gvern se jkun qed jiftaħ l-ajruport fl-1 ta’ Lulju li ġej

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ l-aħbar li l-Gvern se jkun qed jiftaħ l-ajruport fl-1 ta’ Lulju li ġej.

Anke jekk għalissa l-għadd ta’ titjiriet huwa wieħed limitat, l-Ajruport saħaq li dan huwa l-ewwel pass biex ftit ftit l-industrija tal-avjazzjoni u anke tat-turiżmu tibda’ terġa’ tieħu l-ħajja.

“Il-kumpanija tħoss li huwa obbligu tagħha li tagħti prijorità lis-saħħa u lis-sigurtà tal-passiġieri u l-impjegati tagħha, filwaqt li toffri serħan il-moħħ lil kull min jgħaddi mill-ajruport,” saħqet l-istqarrija.

L-MIA spjega li bħalissa għaddejja ħidma flimkien mal-awtoritajiet tal-Gvern bil-għan li jkunu introdotti miżuri ta’ mitigazzjoni f’kull stadju tal-ajrport.

Appella biex il-passiġġiera li fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se jgħaddu mill-ajruport jikkoperaw biex jinżamm ambjent sigur għal kulħadd.

Dawn huma l-pajjiżi li għalihom se jkun miftuħ l-ajruport:

  • L-Iżlanda
  • L-Islovakja
  • Ċipru
  • Il-Litwanja
  • L-Iżrael
  • In-Norveġja
  • L-Iżvizzera
  • L-Irlanda
  • L-Estonja
  • Id-Danimarka
  • L-Ungerija
  • L-Awstrija
  • Il-Lussemburgu
  • Il-Ġermanja
  • Ir-Repubblika Ċeka
  • Il-Fillandja
  • Sardenja
  • Sqallija

​Huwa qal li għal dawn il-pajjiżi mhux se jkun hemm kwarantina obligatorja, imma din se tibqa' fis-seħħ għal xi nies li jkunu ġejjin minn pajjiżi li mhumiex f'din il-lista.

More in Politika