Kameras jaqbdu persuna tagħti n-nar lill-karozza ta' Dione Borg

Dione Borg huwa ġurnalist, kandidat tal-Partit Nazzjonalista u s-Segretarju Ġenerali ta' Floriana FC

Matul il-lejl li għadda, persuna mhux magħrufa, tat in-nar lill-karozza tal-ġurnalist u s-Segretarju Ġenerali ta' Floriana FC, Dione Borg.

Kien Borg stess li ħabbar dan fuq Facebook fejn saħaq li minn kamera tas-CCTV persuna li ħarab minn fuq il-post bi scooter elettriku, jidher qed jagħti n-nar lill-karozza.

Il-persuna mhijiex magħrufa u għadha għaddejja t-tfittxija għaliha.

Borg irringrazzja lill-membri tal-Protezzjoni Ċivilu u anke lill-Pulizija għas-Servizz tagħhom.

More in Politika