Min-nhar il-Ġimgħa tista' ssir il-quddiesa tal-funeral; Dettalji aktar tard din il-ġimgħa

L-għan huwa li tkun tista' ssir il-quddiesa qabel id-difna u li tkun miftuħa għall-pubbliku

L-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna akkumpanjat mill-Isqof Awżiljarju Joe Galea Curmi u l-Amministratur Appostoliku għal Għawdex, Mario Grech, kellhom laqgħa mal-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u anke mas-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci, fejn ittieħdet id-deċiżjoni li min-nhar il-Ġimgħa jistgħu jerġgħu jibdew isiru l-quddies tal-funerali.

Monsinjur Scicluna ħabbar dan wara l-laqgħa hekk kif saħaq li sal-aħħar ta' din il-ġimgħa se jkunu qed jingħataw dettalji dwar kif se jkunu jistgħu jibdew isiru l-funerali, inkluż il-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet.

Hekk, saħaq l-Arċisqof, qabel id-difna tkun tista' tibda ssir ukoll quddiesa li tkun miftuħa għall-pubbliku, anke jekk b'limitazzjonijiet.

Monsinjur Scicluna qal li d-diskussjonijiet bdew f'Marzu u se jkunu qed ikomplu tliet ġimgħat oħra biex ikunu diskussi l-passi li jmiss.

"Hemm kmandant li rridu nobduh: la toqtolx. L-Ewkaristika ma tistax tkun okkażjoni li twassal għall-periklu tal-ħajja," saħaq l-Arċisqof waqt li appella għall-kawtela.

More in Politika