Charmaine Gauci mhux se tibqa' tagħti aġġornament kuljum

Xorta waħda kuljum, fuq il-mezzi soċjali, inkluż il-paġna ta' Facebook 'Saħħa' se jittella' aġġornament kuljum dwar il-każi ġodda u dawk magħluqa

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, spjegat kif peress li s-sitwazzjoni f'Malta hija waħda stabbli u ta' tranżizzjoni, mhux se tkun qed tibqa' tagħti l-bulettin mediku kuljum.

Fil-fatt, Gauci ħabbret li se tibda tagħti l-aġġornament tagħha nhar ta' Tnejn, nhar ta' Erbgħa u nhar ta' Ġimgħa. 

"Din hija sitwazzjoni ta' tranżizzjoni. In-numru ta' każijiet, imqabbel mal-każi li kellna fl-aħħar ġimgħat, issa naqas," saħqet il-Professur waqt li spjegat li xorta waħda, l-awtoritajiet iridu jibqgħu jsegwu s-sitwazzjoni.

Għalhekk, spjegat li ma għadx hemm bżonn ta' bulettin mediku kuljum.

Xorta waħda kuljum, fuq il-mezzi soċjali, inkluż il-paġna ta' Facebook 'Saħħa' se jittella' aġġornament kuljum dwar il-każi ġodda u dawk magħluqa.

Aqra aktar:

 

More in Politika