Żewġ persuni jiksru l-kwarantina u 71 mmultati għax inġabru fi gruppi kbar

Dan hekk kif fl-aħħar sigħat komplew ir-rondi kontinwi li qed isiru f'diversi lokalitajiet u fost dawk li jinsabu fi kwarantina

Żewġ persuni nstabu jiksru l-kwarantina obbligatorja fl-451 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Apparti minn hekk, 71 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija u l-Health Environmental Officers qed jagħmlu biex jassiguraw li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 4 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

More in Politika